Is-Sibt filgħodu, il-fondazzjoni ‘Action for Breast Cancer’ nediet l-inawgurazzjoni ta’ attività bl-isem ‘Fitness for Health’ li ser tittella’ nhar is-Sibt 15 ta’ Ottubru fis-Sagrestia fil-Valletta Waterfront, sabiex jitfakkar il-Jum Dinji dwar is-saħħa tas-sider.
Kull min se jattendi din l-attività ser ikun imħeġġeġ sabiex jagħmel ftit eżerċizzju fiżiku li tant huwa meħtieġ għal ħajja b’saħħitha sew mentali kif ukoll tal-ġisem inġenerali.
Ic-Chairperson tal-Fondazzjoni ‘Action for Breast Cancer’ spjegat illi f’kollaborazzjoni ma’ Garmin, inħolqot application fejn tistà titniżżel b’xejn mill-pubbliku kollu u permeżż ta’ din l-app, kull tip ta’ eżerċizzju li wieħed ser ikun qed jagħmel, se jiniżżel fl-app u wara jiġu ġenerati f’punti, kif spegawlna tajjeb Mark Gaglione u Antonello Gauci.
F’din il-konferenza il-Fondazzjoni ‘Action for Breast Cancer’ spjegat illi f’Malta dawk li jinstabilhom il-kanċer tas-sider ilaħħqu mat-350 pazjent fis-sena. Għalhekk il-fondazzjoni appellat sabiex kemm jistà jkun wieħed għandu jidba billi jieħu l-passi meħtieġa sabiex jippreveni din il-marda, fosthom jiekol healthy, jagħmel eżerċizzju, u jsir screening ta’ sikwit.
Matul din l-attività kien hemm preżenti wkoll il-mara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista AnnMarie Grech, fejn sostniet li se jsiru bosta attivitajiet fil-ġimgħat li ġejjin sabiex tinħoloq kuxjenża dwar is-saħħa tas-sider.
Preżenti wkoll kien hemm id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Graziela Galea, il-kelliema għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.
//= $special ?>