Lokali

GĦADA: Maratona Ġbir ta’ Fondi organizzata mill-Partit Nazzjonalista

Kollox jinsab lest għall-maratona ġbir ta’ fondi li se tkun organizzata l-Ħadd mill-PN – maratona li se tixxandar kemm fuq Net TV u anke fuq Net FM.

Qabel din il-maratona, il-Vici Kap tal-PN insista li f’dan il-pajjiz hemm bzonn forza politika b’saħħitha li żżomm lill-gvern kontabbli – forza politika li tkun il-vuci taz-żgħir.

F’kummenti waqt il-programm NETLIVE, Alex Perici Calascione qal li bl-ghajnuna tan-nies f’din il-maratona il-PN se jkun dik il-forza li tirrapreżenta lill-poplu. U appella lill-Maltin u l-Għawdxin sabiex jingħaqdu mal-PN fl-inzijattiva tal-Ħadd.

Il-maratona tibda fl-4pm, u tibqa’ sejra sal-11pm.

Il-linji tad-donazzjonijiet huma diga’ miftuhin.