Mill-inqas seba’ persuni tilfu ħajjithom u tmienja oħra qed jingħataw il-kura fi sptar wara splużjoni li seħħet il-Ġimgħa waranofsinhar f’pompa tal-petrol fl-Irlanda.
L-isplużjoni kienet tant qawwija li mhux biss ħalliet ħsara sostanzjali fil-pompa tal-petrol iżda saħansitra ħanut żgħir biswitu u numru ta’ karozzi li kienu fil-viċinanza.
Fil-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni filwaqt li klieb tal-Pulizija ttieħdu wkoll fil-post hekk kif hemm numru ta’ persuni li għadhom mitlufin.
Mhux magħruf x’wassal għal din l-isplużjoni.
//= $special ?>