Futbol Sport

Kitanov isalva punt għal Floriana

Matthias Mizzi

FLORIANA…………1

MOSTA………1

Floriana: G. Kitanov, A. Magri Overend, C. Rutjens, O. El Hasni, Z. Cassar, K. Reid (E. Hershkovich 88’), A. Ciolacu (K. Nwoko 65’), J. Arias (M. Garcia 65’), L. De Grazia (C. Zammit Lonardelli 88’), J. Busuttil, A. Garzia (L. Trillo 76’)

Mosta: E. Akpan, R. Briffa (N. Agius 72’), C. Ememe (I. Victor 77’), D. Bonnici (K. Johnson 62’), C. Failla, D. Diarra, T. Farrugia, M. Chidera (L. Precious 72’), E. Acheampong (S. Kingue 77’), J. Vassallo, R. Ekani

ImwissijaR. Ekani 27’ (MST), Z. Cassar 40’ (FLR), A. Ciolacu 49’ (FLR), C. Failla 52’ (MST), C. Rutjens 63’ (FLR), C. Rutjens 79’ (FLR)

Skorjaw: J. Busuttil 29’ (FLR), M. Chidera 51’ (MST)

Referee: Alex Johnson

Assistenti RefereesAlan Camilleri & Mark Ciantar

Il-Mument Plejer tal-Logħba: Jan Busuttil (FLR)

BOV Plejer tal-Logħba: Jan Busuttil (FLR)


Gowl fit-tieni taqsima mill-Mostin iwassal għal dro prestiġġjuż kontra Floriana, liema tim fl-ewwel taqsima tilefbosta opportunitajiet tad-deheb quddiem il-lasta. Il-Greens lagħbu l-aħħar għaxar minuti bi plejer inqas filwaqt li Mosta kienu sfortunati li ma ġabux it-tliet punti fl-aħħar ħinijiet. 

Mat-tmintax-il minuta Jose Arias dendel pass preċiż lejn Adam Magri Overand b’dan aavvanza tajjeb iżda wiċċ imb’ wiċċ ma’ Akpan ikkonkluda b’mod ċentrali. Żewġ minuti wara Akpan kien f’pożizzjoni tajba bejn il-lasti biex għaraf isalva xutt imqabbeż ta’ Arias. Man-nofsiegħa logħob, b’ħeffa kbira, Jan Busuttil għadda minn bejn żewġ plejers avversarji, poġġa l-ballun fuq ix-xellugija u b’xutt fil-baxx għeleb għalkollox lill-gowlkeeper. Sitt minuti wara Floriana kienuviċin li jagħmluhom tnejn meta pass ta’ Busuttil ippenetra lid-difiża u spiċċa għand Andrei Ciolacu, madankollu spara għoli. Żewġ minuti wara Busuttil kompla jimpressjona b’wirja mill-aqwa meta b’pass tipiku ieħor minn tiegħu tefa’ lil Keimar Reid f’pożizzjoni tajba ta’ gowl iżda l-konklużjoni tal-Ġamajkan spiċċat barra. Ftit qabel il-mistrieħ l-istess plejer jaħrab fuq kontrattakk veloċi madankollu l-konklużjoni tiegħu tkun waħda fjakka. 

Fit-tieni taqsima Mosta wieġbu tajjeb tant li fil-51 minutaħasdu lill-Mostin b’gowl li sabuh bix-xorti. Kien Edwin Acheampong li tefa’ kross lejn il-kaxxa, b’Kitanov ma ħatafx biex Michael Chidera tefa’ l-ballun f’lasta vojta. Busuttil baqa’ konsistenti bil-wirja mill-aqwa tiegħu f’kull ħin tal-partita biex fis-66 minuta b’ħeffa kbira baqa’ għaddej minn bejn id-difensuri iżda x-xutt tiegħu sfortunatament stampa mal-wieqfa. Fis-79 minuta Floriana sfaw jilagħbu bi plejer inqas għat-tieni karta safra f’temp kwarta meta Christian Rutjens deher iwaqqa’ lis-sostitut Linus Precious fil-kaxxa. Inkredibbilment il-gowlkeeper Rutjens salva l-penalty b’saħħtu ta’ Clayton Failla. Wara din l-azzjoni l-logħob kompla f’wieħed bilanċjat, b’Mosta ftit aktar perikolużi bil-kontrattakk.