Huma 20 l-għalliema u impjegati li rriżenjaw mill-Kulleġġ San Albert…ekwivalenti għal kwart tal-ħaddiema. Dan wara li fix-xahar li għadda, tħabbru numru ta’ riżenji ta’ għalliema u ħaddiema tal-Kulleġġ.
Il-President tal-MUT Marco Bonnci qal li ħafna minn dawn ir-riżenji seħħew lejliet il-ftuħ tas-sena skolastika l-ġdida u għalhekk ħolqu kriżi kbira .. speċjalment għaliex uħud minnhom kellhom kariga importanti ħafna f’din l-iskola.
Filfatt jingħad li fost dawk li rriżenjaw fdawn l-aħħar ġimgħat, kien hemm 4 assistant heads, 4 għalliema tal-iskola sekondarja, kordinatur għall-inklużjoni, sekretarju, skrivan u tlett LSEs.
Xi għalliema li tkellmu fuq din is-sitwazzjoni li minħabba dawn ir-riżenji aktar minn mitt lezzjoni spiċċaw mingħajr għalliema fil-klassi .. u dawk li ma sabux replacement tal-għalliema spiċċaw ‘free lesson’.
Marco Bonnci saħaq li l-MUT tinsab imħassba ferm minħabba s-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Kulleġġ ta’ San Albert.
Marco Bonnici qal li l-Union tal-Għalliema tinsab f’kuntatt kontinwu mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika u sahansitra wasal biex jghid li jekk jibqa ma jsir xejn, l-iskola ta’ San Albert ser tispiċċa tagħlaq il-bibien tagħha.
Il-Kulleġġ ta’ San Albert ilu suġġett għad-diskussjoni u dan kollu beda mit-tkeċċija ta’ l-eks Surmast Mario Mallia li bosta ma qablux magħha. Din id-deċiżjoni rriżultat fi protesti, riżenji ta’ għalliema, u saħansittra l-kulleġġ qiegħed jaffaċċja azzjonijiet legali mill-MUT.
//= $special ?>