Iċ-champion attwali Max Verstappen ser jibda t-tellieqa ta’ għada fl-ewwel post wara li rnexxielu jegħleb lis-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc b’distakk ta’ 0.01 sekonda biss. B’dan il-ħin Verstappen ser jibda fl-ewwel post fl-ewwel tellieqa fit-trakka Suzuka mill-istaġun 2019.
Carlos Sainz ta’ Ferrari ħa jkun dak li ser jibda fit-tielet post. Sergio Perez ta’ Red Bull u Esteban Ocon ta’ Alpine ser jibdew fir-raba’ u l-ħames post rispettivament. Fis-sitt post spiċċa s-sewwieq ta’ Mercedes Lewis Hamilton waqt li Fernando Alonso ta’ Alpine ħa jibda t-tellieqa fis-seba’ post. Fit-tmien post temm it-tellieqa s-sewwieq l-ieħor ta’ Mercedes George Russel. Sebastian Vettel ta’ Aston Martin u Lando Norris ta’ McLaren ser ikunu l-aħħar żewġ sewwieqa li ser jibdew it-tellieqa ta’ għada ma’ l-ewwel għaxra.
It-tellieqa ta’ għada, fil-korsa Suzuka l-Ġappun, mistennija tibda fis-7 ta’ filgħodu ħin ta’ Malta.
//= $special ?>