Mill-inqas tliet persuni mietu wara li sploda trakk tal-merkanzija li kien fuq l-uniku pont li jgħaqqad il-peniżola tal-Krimea u r-Russja. Dan wassal biex numru ta’ tankers taż-żejt jieħdu n-nar… b’parti mill-pont spiċċa ċeda u b’hekk m’għadx hemm aċċess mill-peniżola.
Jidher li din l-isplużjoni kkawżat ukoll ħsarat f’ferrovija li kienet għaddejja fil-ħin li seħħet l-isplużjoni.
Hu maħsub li l-persuni li mietu kienu passiġġieri f’karozza viċin it-trakk li sploda għall-ħabta tas-6 ta’ filgħodu, ħin lokali.
Il-Krimea kienet ittieħdet taħt il-kontroll tar-Russja fl-2014. U issa, ir-Russi kienu qed jużaw dan il-pont biex iwasslu tagħmir militari u jattakkaw lill-Ukreni.
//= $special ?>