Milan 2-0 Juventus
F’waħda mill-iktar logħbiet importanti tal-istaġun Milan ħarġu rebbieħa fil-konfront tagħhom kontra Juventus f’logħba missielta. L-ewwel taqsima kienet bilanċjata hekk kif iz-zewġ timijiet kellhom ċansis denji sabiex jiksbu l-vantaġġ. Madankollu Milan sabu x-xibka ftit qabel it-tmiem ta’ l-ewwel taqsima permezz ta’ gowl mid-difensur ċentrali Fikayo Tomori minn xutt ta’ Oliver Giroud li ġie mblukkat u waqa’ f’saqajn id-difensur Ingliż. B’dan il-gowl Milan daħlu għat-tieni taqsima bil-vantaġġ.
Fit-tieni taqsima Milan ħarġu jfittxu t-tieni gowl sabiex ikomplu jiddominaw il-partita. Fl-54 minuta Brahim Diaz sab ix-xibka b’gowl individwali hekk kif irnexxielu jirkupra l-ballun minn żball ta’ Dusan Vlahovic u rnexxielhu jegħleb lil goalkeeper Polakk Wojciech Szczesny minn naħa tal-lemin. B’dan il-gowl Milan konfermaw ir-rebħa tagħhom fuq Juventus. B’din ir-rebħa Milan jinsabu fit-tielet post wara Napoli U Atalanta li għad irridu jigħlabu għada. Atalanta ser jaffrontaw lil Udinese ġewwa d-Dacia Arena fit-3 ta’ wara nofsinhar, waqt li Napoli ser jilgħabu kontra Cremonese fil-Giovani Zini fis-6 ta’ filgħaxija.
Sassuolo 1-2 Inter
Fl-ewwel partita tas-Sibt rajna rebħa għan-Nerazzuri barra minn darhom fuq Sassuolo. Inter fetħu l-iskor ftit qabel it-tmiem ta’ l-ewwel taqsima permezz ta’ gowl ta’ Edin Dzeko minn korner. Fit-tieni taqsima Sassuolo ħarġu jfittxu l-gowl tad-draw u dan irnexxilhom jagħmluħ fis-60 minuta permezz ta’ gowl mil-midfielder Davide Frattesi minn kross tad-difensur laterali Rogerio. Madankollu Inter ma damux ma reġgħu sabu x-xibka hekk kif fil-75 minuta reġgħa kien l-attakkant Edin Dzeko li skurja l-gowl tar-rebħa b’daqa ta’ ras minn kross ta’ Henrikh Mkhitaryan.
Bologna 1-1 Sampdoria
F’konfront minn naħa t-isfel tal-klassifika Bologna u Sampdoria ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 1-1 fi Stadio Renato Dell’Ara. Bologna fetħu l-iskor permezz tal-Arġentin Nicolas Dominguez l-ewwel taqsima ntemmet bit-tim immexxi minn Thiago Motta fil-vantaġġ. Fit-tieni taqsima il-kowċ ta’ Sampdoria għamel bosta bidleit li ħallew il-frott hekk kif fit-72 minuta is-sostitut Mehdi Leris ipprovda l-assist lil Filp Djuricic li għamel l-iskor indaqs, skor li baqa’ hekk sa tmiem il-partita.
//= $special ?>