Tifla ta’ 3 snin qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza fi Triq l-Abate Rigord, Ta’ Xbiex għall-ħabta tal-ħdax u nofs.
Minn stħarriġ li sar irriżulta li tifla ta’ 3 snin intlaqtet minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti Birkirkara.
It-tifla ttieħdet l-Isptar Mater Dei minn qraba tagħha u aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>