Żagħżugħ sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar tliet sulari f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq it-Torri
Wejter, f’Birkirkara għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar.
Il-Pulizija marret fil-post tal-inċident u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 25 sena residenti Raħal Ġdid, weġġa’ wara li waqa’ madwar 3 sulari. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei minn ħaddiema li kienu fuq il-post u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>