Għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar ingħata bidu għall-Maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista.. maratona li tibqa’ għaddejja sal-ħdax tal-lejla.
Fil-ftuħ tal-maratona tkellmu s-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino kif ukoll it-teżorier Mario Ellul fejn ilkoll waslu l-appelli tagħhom sabiex kulħadd jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista u jsemma’ leħmu kontra s-serq tal-kwalità ta’ ħajjitna. Dan filwaqt li appellaw sabiex in-nies jagħtu d-donazzjoni tagħhom sabiex il-PN jkompli jissaħaħ. Aktar tard għamel ukoll l-intervent tiegħu l-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione.

F’intervent matul din il-maratona, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li għandna nibqgħu nagħtu spazju liż-żgħażagħ għaliex huma l-futur ta’ pajjizna.
Huwa saħaq li għandna naċċertaw li ż-żgħażagħ ikollhom l-opportunitajiet kollha possibli f’pajjiżna sabiex jibqgħu jibnu ħajjithom hawnhekk. Tenna li jeħtieġ li jinqered is-serq tal-fondi pubbliċi kif ukoll il-koruzzjoni li hawn f’pajjiżna.

Waqt l-istess maratona għamlu l-interventi tagħhom numru ta zghazagh li lkoll tkellmu dwar il-problemi li qed jaffaċċjaw fosthom biex jixtru l-ewwel propjeta’ taghhom kif ukoll dwar il-fatt li numru ta zghazagh iridu jitilqu minn pajjiżna.
//= $special ?>