Lokali

“Il-Gvern m’għandu l-ebda kuntratt li m’għandux xamma serja ta’ korruzzjoni” – Bernard Grech

“Il-Gvern m’għandu l-ebda kuntratt li m’għandux xamma serja ta’ korruzzjoni u dan reġa’ ħareġ fid-deher f’daw l-aħħar jiem bi stejjer oħra li ħarġu fil-media”.

Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Ħadd filgħodu kien intervistat waqt il-programm Analiżi.

Saħaq li Robert Abela qed jipprova jagħti l-impressjoni li l-korruzzjoni hija xi ħaġa tal-passat, iżda dan mhux minnu hekk kif għadna sal-lum qed nisimgħu bi stejjer u proġetti ta’ korruzzjoni.

Fakkar kif iktar kmieni din il-ġimgħa l-Kelliem tal-PN għall-Gustizzja Karol Aquilina u l-membri tal-PAC Darren Carabott, Graham Bencini u David Agius talbu lill Awditu Generali u lill-Kummissjoni kontra l-Korruzjoni biex jinvertigaw dan il-kuntratt.

Il-Kap tal-PN fakkar ukoll kif il-Gvern ħataf proprjetà ta’ sidien privati u taha lill-Partit Laburista biex jużaha bħala każin. Il-Qorti odant li s-sidien jingħatw kumpens ta’ miljun ewro… iżda din il-miljun ewro irid iħallasha l-Gvern ta’ Malta minn flus il-poplu stess.

Dwar il-protesta nazzjonali li saret il-Ħadd li għadda huwa qal li n-nies laqgħu din is-sejħa u għalhekk huwa importanti li n-nies tipparteċipa u ssemma’ leħinna favur kwalità ta’ ħajja aħjar.

Huwa qal li kwalita ta’ ħajja aħjar ma jfissirx flus biss iżda wkoll li jkun hemm ambjent aħjar, li jkun toroq ta’ kwalità aħjar u jonqos it-traffiku.

Bernard Grech qal li l-problemi serji li hemm fl-Air Malta ħoloqhom il-Gvern stess.

Huwa qal li li bla dubju l-gwerra fl-Ukrajna qed taffettwa wkoll lil pajjizna iżda Malta għandha Gvern li mhux qed iqum għall-okkażżjoni u jaħdem verament biex jgħin lin-nies

Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista għaddej bil-konsultazzjoni tiegħu ma’ kull sfera tas-soċjetà biex iħoss eżatt il-polz tal-poplu.

Il-Kap tal-PN qal li wara pressjoni li saret mill-PN issa l-Gvern ammetta li se jkollu jagħti reviżjoni għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Apparti dan il-PN kompla jaħdem biex itejjeb il-liġi tal-work life balance kif ukoll tkellem ukoll dwar l-irmiġġi fil-Kalkara.  

Bernard Grech appella biex waqt il-maratona ġbir ta’ fondi, kull min jista’ jagħtu donazzjoni għaiex dan huwa l-mezz ġust kif il-Partit Nazzjonalsita jaħdem… mhux billi jisraq imma billi jingħata donazzjonijiet.