Futbol Sport

Kwalifikazzjoni EURO 2024: Malta fil-grupp mal-Ingilterra u l-Italja

Grupp diffiċli, iżda bla dubju mill-iktar eċċitanti għat-tim nazzonali Malti li tela’ fi Grupp Ċ tal-Euro 2024 flimkien mal-Italja u l-Ingilterra.

It-tlugħ ta’ din il-polza tfisser li pajjiżna se jospita tnejn mill-iktar nazzjonijiet segwiti fil-futbol f’pajjiżna, ġimgħat bogħod minn xulxin.

Fl-istess grupp wieħed isib ukoll lill-Ukrajna u l-Maċedonja ta’ Fuq.