Lokali

Miġbura €151,158 waqt il-maratona li organizza l-PN

€151,158 hija s-somma miġbura fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi li organizza l-Partit Nazzjonalista matul il-jum tal-Ħadd.

Maratona li matulha, eluf ta’ Maltin u Għawdxin taw l-appoġġ finanzjarju tagħhom biex il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jkompli bil-ħidma tiegħu sabiex il-poplu Malta jkollu kwalità ta’ ħajja aħjar.