Matthias Mizzi
SIRENS…………………0
GŻIRA UNITED……3
Sirens: M. Grech, G. Camilleri, M. Muniz (D. Promise 71’), R. Tachikawa, W. De Oliveira, S. Cipriott (S. Arab 83’), A. Borg, V. De Vale (K. Sano 46’), G. Ventura, D. Jackson, S. Sessegnon (M. Maggi 83’)
Gżira United: D. Zarkov, G. Bohrer, L. Tabone, N. Muscat (A. Bog 78’), S. Pisani (B. Borg 71’), M. Dias (R. Correa 78’), C. Riascos (Z. Scerri 46’), T. Kolega, M. Cosic, M. Maia (J. Mendoza 71’), J. De Assis
Imwissija: C. Riascos 15’ (GŻR), D. Jackson 42’ (GŻR), L. Tabone 63’ (GŻR), G. Bohrer 90’ (GŻR)
Skorjaw: C. Riascos 10’ (GŻR), C. Riascos 12’ (GŻR), G. Bohrer 66’ (GŻR)
Referee: Andrea Sciriha
Assistenti Referees: Duncan Spencer & Paul Apap
In-Nazzjon Plejer tal–Logħba: Jefferson De Assis (GŻR)
BOV Plejer tal–Logħba: Carlos Riascos (GŻR)
Mingħajr wisq tbatija Gżira kisbu rebħa oħra li tħallihom ma’ ta’ fuq fil-klassifika. Fuq in-naħa l-oħra jkompli l-bidu diżappuntanti għal Sirens li għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa.
Gżira ħarġu mal-ewwel fuq l-offensiva biex fil-ħames minuta Maxuell Maia tela’ b’ġirja veloċi minn mal-linja leminija, kiser tajjeb lejn in-nofs u qata’ lid-difiża b’pass għal għand Jefferson De Assis li minn taħt il-lasta spara għoli. Fl-għaxar minuta Gżira marru fil-vantaġġ minn corner fejn Jefferson waqqa’ lejn Riascos li mill-viċin ma ħafirx. Żewġ minuti biss wara l-istess Riascos reġa’ skurja fejn din id-darba pass preċiż ta’ Samurai tefa’ lill-Kolombjan f’pożizzjoni tajba ta’ gowl u wiċċ imb’ wiċċ ma’ Matthew Grech ikkonkluda b’xutt b’saħħtu. Gżira ma kienux kuntenti bl-iskor ta’ tnejn b’xejn tant li fl-erbatax-il minuta setgħu faċilment għamluhom tlieta b’azzjoni personali ta’ De Assis.
Fit-tieni parti tal-partita Sirens ħarġu kemxejn aħjar Mas-sitta u sittin minuta logħob Gabriel Bohrer ħasad għal kollox lil Grech b’free-kick ferm b’saħħtu mid-distanza li ma ta l-ebda ċans għall-gowlkeeper biex jilqa’. Għaxar minuti mit-tmiem is-sostitut David Promise kellu ċans li jnaqqas il-marġni tal-iskor iżda wiċċ imb’ wiċċ ma’ Zarkov jitfa’ xutt imdendel għal barra. Fl-aħħar mumenti tal-partita Gżira kienu aktar rilassati jilagħbu l-ballun u joperaw bil-kontrattakk iżda kull ċans kien inutli sabiex l-iskor finali baqa’ mhux mibdul.
//= $special ?>