Minn Neil Camenzuli
Fil-Giovanni Zini Arena
Cremonese 1-4 Napoli
Napoli jkomplu l-bidu perfett tagħhom permezz ta’ rebħa kontra Cremonese fil-Giovanni Zini Arena. Napoli ħadu l-vantaġġ wara 26 minuta logħob permezz ta’ xutt minn naħa tal-lemin mil-midfielder Matteo Politano.Madankollu Cremonese kisbu d-draw ftit minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima permezz ta’gowl pinġut mil-midfielder Arġentin Santiago Ascaibar. Napoli reġgħu kisbu l-vantaġġ fis-76 minuta meta Giovanni Simeone sab ix-xibka minn kross ta’ Marco Rui mix-xellug. Napoli skorjaw darbtejn fl-aħħar minuti tal-logħba permezz ta’ Hirving Lozano u Matthias Olivera.
Fl-Olimpico Grande Torino
Torino 1-1 Empoli
Fl-ewwel logħba tal-Ħadd bejn Torino u Empoli rajna logħba bilanċjata fejn iż-żewġ timijiet skorjaw gowl kull wieħed u ħadu punt kull wieħed.
Empoli fetħu l-iskor ftit wara l-bidu tat-tieni taqsima permezz ta’ gowl minn Matteo Destro minn kross ta’ Tyronne Ebuehi. Empoli kienu ser jerġgħu jsibu x-xibka meta Razvan Marin irnexxielu jegħleb lill-goalkeeper minn freekick iżda l-gowl ġie mħassar wara konsultazzjoni tal-VAR. Torino sabu l-gowl tad-draw ftit qabel it-tmiem tal-partita permezz ta’gowl minn Sasa Lukic.
Fil-U-Power Stadium
Monza 2-0 Spezia
Monza kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva kontra Spezia. Monza fetħu l-iskor fit-32 minuta permezz ta’ gowl mill-midfielder Brażiljan Carlos Augusta minn pass ta’ Matteo Pessina.
Monza rduppjaw il-vantaġġ fit-63 minuta meta d-difensur ċentrali Pablo Mari sab ix-xibka minn korner ta’ Andrea Barberis.

Fl-Arechi Stadium
Salernitana 2-1 Hellas Verona
F’partita missielta u mimlija kontroversja Salernitana kisbu l-ewwel rebħa tagħhom f’ħames logħbiet hekk kif ħarġu rebbieħa kontra Hellas Verona.
L-attakkant Polakk Krzysztof Piatek fetaħ l-iskor wara 18-il minuta logħob hekk kif rebaħ il-ballun min żball tal-goalkeeper Luigi Sepe u rnexxielu jsib ix-xibka sabiex jagħti l-vantaġġ għal Salernitana.
Madankollu Hellas Verona rnexxielhom jiksbu d-draw fit-58 minuta permezz ta’ gowl minn Fabio Depaoli. Ftit minuti qabel it-tmien tal-logħba Salernitana sabu x-xibka għal dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa. L-awtur tal-gowl kien l-attakkant Boulaye Dia. Hekk kif il-partita kienet riesqa lejn it-tmiem, ir-referee Davide Ghersini keċċa lil Ivan Radovanovic ta’ Salernitana u Federico Ceccherini ta’ Verona wara li inqalgħu xi inċidenti.
Fid-Dacia Arena
Udinese 2-2 Atalanta
Fil-partita bejn Udinese u Atalanta ż-żewġ timijiet komplew il-bidu tajjeb tagħhom hekk kif qasmu l-punti f’partita missielta. Udinese reġgħu kellhom jiġu minn wara hekk kif soffrew żewġ gowls qabel is-60 minuta. Atalanta marru fil-vantaġġ fis-36 minuta permezz ta’ gowl mill-midfielder Ingliż Ademola Lookman minn pass ta’ Teun Koopmeiners.Atalanta reġgħu marru fil-vantaġġ fis-56 minuta minn gowl ta’ Lewis Muriel. Madankollu Udinese komplew jfittxu l-gowl u sabuħ wara għaxar minuti permezz ta’ Gerard Deulofue. Udinese kisbu d-draw fit-78 minuta permezz ta’ Neuhuen Perez minn korner ta’ Gerard Deulofeu.

Fi Stadio Olimpico
Roma 2-1 Lecce
Roma żammew il-pass ma’ ta’ fuq metab’gowl f’kull taqsima għelbu lil Torino 2-1.
Chris Smalling fetaħ l-iskor wara biss sitt minuti b’daqqa ta’ ras minn kross ta’ Paolo Dybala. Torino spiċċaw b’għaxra minn nies meta fit-23 minuta tkeċċa Morten Hjulmand għal foul ikrah fuq Belotti. Minkejja dan Torino ġabu d-draw fid-39 minuta b’xutt fil-baxx ta’ Gabriel Strefezza biex l-ewwel taqsima għalqet 1-1.
Tliet minuti mill-bidu tat-tieni taqsima u Roma jingħataw penalty meta Tammy Abraham twaqqa’ fil-kaxxa minn Kristoffer Askildsen. Mill-11-il metru Dybala ma żbaljax biex skorja l-gowl li kellu jkun dak li ta tliet punti lil Roma
//= $special ?>