Sport Sport Ieħor

Snooker – Hong Kong Masters: Ronnie O’ Sullivan jegħleb lil Marco Fu fil-finali

Is-sebgħa darbiet champion tad-dinja Ronnie O’ Sullivan, għeleb lil wieħed mil favoriti tal-Hong Kong Master Marco Fu quddiem l-ikbar folla fl-istorja ta’ Snooker fejn fil-Hong Kong Coliseum kien hemm isegwu din il-finali madwar 9,000 ruh. O’Sullivan għeleb lil Marco Fu bl-iskor ta’ 6-4 u rnexxielu jagħmel ukoll żewġ century breaks.

L-Ingliż kiseb vantaġġ ta’ 5-2 iżda Fu wettaq reazzjoni u rebaħ iż-żewġframes ta’ wara. Mandankollu O. Sullivan rebaħ il-frame kruċjali biex b’hekk O’Sullivan rebaħ il-Hong Kong Masters għall-ewwel darba wara li fl-2017 kien wasal sal-finali u tilifha kontra Neil Robertson. Il-premju ta’ din il-kompretizzjoni kien ta’ €100,000.

F’kummenti li ta wara r-rebħa O’Sullivan qal li apparti r-rebħ tat-tournament, kienet xi ħaġa speċjali li jilgħab quddiem 9,000 ruħ u stqarr li qatt ma kien ħass daqsekk emozzjoni.