Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija tal-COVID, il-Ħadd kienet organizzata l-open day tal-Forzi Armati ta’ Malta, attivita’ li għaliha attendew mijiet ta’ Maltin.
Matul din l-attivita’ li saret f’Ħal Far wieħed seta’ jara diversi affarijiet li jintuzaw mill-Forzi Armati ta’ Malta fosthom l-uniformijiet, ħelikopters u l-armi.
Net News tkellem ma’ logo tenent tal-forzi armati ta’ Malta Kayliegh Gelfo li ddeskriviet għalfejn avveniment bħal dan huwa importanti sabiex il-pubbliku jkun jafu eżatt il-ħidma tagħhom għall-pajjiżna.
Waqt dan l-avveniment, kienu organizzata wkoll bosta attivitajiet għat-tfal sabiex ikollhom idea tax-xogħol li qed isir minn dawn in-nies. Fost dawn l-attivitajiet, it-tfal setgħu jitilgħu fil-ħelikopter, jagħmlu zip-lining kif ukoll absailing.
L-Open Day kienet ukoll okkażjoni għal dawk iż-żgħażagħ ta’ aktar minn 18-il sena li jixtiequ jissieħbu mal-Forzi Armati fejn kellhom l-okkażjoni li jitkellmu ma’ diversi ħaddiema minn dipartimenti differenti.
//= $special ?>