Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen reġa ġie nkurunat champion tad-dinja għat-tieni sena konsekuttiva bir-rebħa tiegħu fil- Grand Prix tal-Ġappun. Is-sewwieq ta’ Red Bull temm it-tellieqa fl-ewwel post bil-ħin ta’ 3:01:44.004. Is-sewwieq l-ieħor ta’ Red Bull Sergio Perez temm fit-tieni post b’distakk ta’ 27.066 sekondi. Charles Leclerc ta’ Ferrari kien l-aħħar sewwieq li jsib postu fuq il-podium.
Esteban Ocon ta’ Alpine u Lewis Hamilton ta’ Mercedes kienu s-sewwieqa li temmew fir-raba’ u l-ħames post rispettivament. Sebastian Vettel ta’ Aston Martin temm it-tellieqa fil-ħames post fl-aħħar tellieqa tiegħu fil-korsa Suzuka l-Ġappun. Ferando Alonso ta’ Alpine spiċċa t-tellieqa fis-seba’ post waqt li George Russell ta’ Mercedes spiċċa filt-tmien post. Nicholas Latifi ta’ Williams u Lando Norris ta’ McLaren kienu l-aħħar sewwieqa li jagħmlu parti minn l-ewwel għaxra.
Carlos Sainz ta’ Ferrari u Alexander Albon ta’ Williams kienu s-sewwieqa li ma temmewx it-tellieqa.
//= $special ?>