Aktar kmieni llum, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), wettqu spezzjonijiet f’siti ta’ kostruzzjoni f’San Pawl il-Baħar.
Hemmhekk instabu 13-il persuna li kienu qegħdin jaħdmu u jgħixu Malta b’mod irregolari. Dawn il-persuni – mill-Ġeorġia, l-Albanija, il-Pakistan, il-Mali, is-Senegal u n-Niġerja – ittieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>