Sport Sport Ieħor

Blackball: Ġurnata mill-aqwa għall-Maltin fil-Kampjonati tad-Dinja

Il-koppja Lydan Debono u Clint Azzopardi saru champions tad-dinja tad-Doubles hekk kif f’finali kollha Maltija għelbu lil Owen Amato u Leon Azzopardi 4-1. Għal Debobo u Azzopardi dan kien it-tieni suċċess f’erba’ snin hekk kif fl-2018 huma wkoll rebħu d-Doubles fl-Ingilterra

L-ewwel frame intrebaħ minn Amato u Azzopardi li fetħu tajjeb iżda fit-tieni frame Lydan Debono u Clint Azzopardi wettqu reazzjoni u kisbu l-frame tad-draw.

Ir-raba’ frame kien l-iktar wieħed twil fejn il-plejers kienu ferm metodiċi u fejn Debono u Azzopardi żiedu l-vantagg tagħhom għal 3-1. Kwarta wara, huma għalqu l-ħames frame sabiex rebħu 4-1.

Fl-istess waqt, l-aħwa Jake u Chaylon Castaldi saru ċhampions tad-Dinja kategorija ta’ taħt il-15-il sena.

L-aħwa Castaldi għelbu l-isfida tal-koppja Franċiża Bidault u Luneau 3-0. Fl-ewwel frame huma ftit taw ċans lil avversarji li jidħlu f’dan il-konfront.

L-aħwa Castaldi ikkontrollaw tajjeb it-tieni frame sabiex fit-tielet wieħed huma żammew il-konsistenza sat-tmiem.