Lokali

Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq makkinarju

Raġel ta’ 29 sena jinsab bil-periklu tal-mewt wara li waqa’ waqt li kien qed jaħdem. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ dalgħodu fi scrap yard fi Triq Valletta, Ħal Luqa.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel mill-Mali ta’ 29 sena residenti l-Isla, waqa’ minn fuq makkinarju li kien qed jopera. Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.