Raġel ta’ 27 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq id-Dejma, iż-Żejtun.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li Ungeriż residenti San Ġiljan, kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet f’xaft u waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>