L-ibliet prinċipali f’Haiti għaddejjin minn tensjoni kbira fost il-konfronti bejn dimostranti u pulizija. Dan meta bħalissa qed isiru diversi protesti kontra l-Gvern, b’numru ta’ dimostranti qegħdin jivvandalizzaw u jisirqu mill-istabbilimenti fost il-kaos.
L-aħħar rapporti qalu li mara żgħażugħa spiċċat maqtula mill-qawwiet tas-sigurtà fost l-għadab tal-folol li qed jinsistu li ‘il-mara ma kienet ta’ theddida għal ħadd’.
In-nies huma rrabjati għall-Gvern minħabba li naqas milli jrażżan lill-gangs vjolenti fil-pajjiż — bil-protesti anki qed ifixklu l-movimenti tal-fuel u l-ikel lejn diversi bnadi ta’ Haiti.
Fl-aħħar azzjonijiet, id-dimostranti fil-kapitali Port-au-Prince taw in-nar lill-barrikati magħmulhin mir-roti tal-karozzi waqt li garaw il-ġebel lejn il-pulizija – b’talaħħar jirreaġġixxu bil-gass tad-dmugħ. Dan fost protesti oħra tal-massa fil-belt ta’ Gonaives u fl-inħawi ta’ Cap-Haitien.
Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru ta’ Haiti, Ariel Henry, talab għall-għajnuna minn barra iżda f’dan il-każ hu qed ikun ikkritikat minn segmenti tal-poplu li jqisu pass bħal dan bħala indħil ‘sfaċċat’ mill-barranin.
//= $special ?>

