Adrian Delia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia sosta fil-parlament li l-gvern idejh marbuta fuq l-isptarijiet; għalhekk ma jridx iwaqqaf il-kuntratt ta’ Steward.
Adrian Delia qal li hemm inċertezza dwar x’se jsir miċ-Child Care Centre fl-Isptar Mater Dei u sostna li 20 sena kien hawn polemika fil-pajjiż dwar l-Isptar Mater Dei u jekk dan hux kbir biżżejjed. Fl-aħħar 10 snin il-popolazzjoni żdiedet b’100,00; mhux b’mod normali iżda għax il-gvern ried ekonomija bbażata fuq l-importazzjoni ta’ ħaddiema barranin.
Il-PN kien jiddikjara li dak il-mudell ekonomika ma kienx l-aħjar wieħed għal Malta minħabba d-densità tal-popolazzjoni. Dan ma kienx jagħmel sens ekonomiku iżda l-gvern baqa’ jsostni li Malta għandha bżonn miljun persuna. Issa Clyde Caruana ammetta li kellu żball li jattwa dik il-poplu għaliex dik se tistaġna pajjiż.
L-Isptar li nbena meta l-popolazzjoni kienet 100,000 inqas illum għandu problemi ta’ iffullar; minbarra dan il-gvern ta t-tliet starjiet l-oħra lill-barranin li ma nafux minn huma.
Adrian Delia qal li llum il-canteen tal-staff saru swali għall-pazjenti u sostna li Mater Dei llum sar sptar b’emerġenza. Hu qal li l-gvern ma ħabbarx miżuri ta’ emerġenza kif sar fil-COVID u spjega l-urġenza li jittieħdu passi dwar is-saħħa mentali.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li f’għażla miċ-Ċentru tal-Onkoloġija għal apparat sofistikat dwar il-kura tal-kanċer, id-Direttur tal-Kuntratti ma weġibx għall-protest ġudizzjarju li sar.
Dan jaħseb li hu għola mil-liġi jew li jiddeċiedi hu fuq il-flejjes tal-poplu? L-ewwel ħarġet sejħa għall-offerta li inbidlet għax kien hemm min ma kellux il-prodott meħtieġ waqt li oħrajn kellhom prodott li ma kienx joqgħod fil-post fejn jqogħod dan il-makkinarjua. Din l-offerta nbidlet u magħha żdiedet il-binja tal-bunker għall-apparat speċjalizzat.
Adrian Delia kompla li l-għażla kellha tmur għall-aqwa kwalità u mhux għall-irħas prezz iżda l-gvern mar għall-irħas prezz. Kien hemm ukoll it-termini ta’ meta setgħu jintefgħu l-offerti; dawn ingħataw ftit ġimgħat li wkoll ma jagħmilx sens jew li kien hemm ħsieb mhux favur l-aqwa interess taċ-ċittadin iżda affarijiet oħra.
Adrian Delia kompla li fl-isptarijiet li l-gvern lil Vitals u Steward ma sar xejn. Ġimgħatejn oħra se jsir il-budget; jista’ l-Ministru tal-Finanzi jagħti sorpriża li mhux se jseħħ dak li seħħ is-sena li għaddiet minkejja d-dikjarazzjoni ta’ Steward li l-kuntratt kien wieħed ta’ frodi l-parlament għaddielhom €70 miljun għal din is-sena biss. Hemm sorpriża oħra; se ntuhom €70 miljun jew €90 miljun jew mhu se ntuhom xejn? S’issa l-pajjiż nefaq €300 miljun fuq dawn il-kuntratti; minn hawn il-Ministru tal-Finanzi seta’ qata’ l-€200 miljun.
Hu qal li Steward iddikjaraw li kienu għamlu l-qligħ wara li l-gvren tahom €70 miljun, huma m’għamlu assolutament xejn u allura għamlu l-qligħ. Il-gvern ma qallhom biex jibdew iħallsu dak li serqu lill-poplu; l-Isptar San Luqa qed jaqa’ għax tħalla abbandunat. Mhux biss ma sarx l-investiment għall-450 sodda li suppost saru iżda binja totalment abbandunata.
Il-Minisrtu Fearne qallhom li se jiktibilhom biex issa Steward jibdew jagħtu dak li wiegħdu; seba’ snin tard. Dawn m’għamlu xejn milli wiegħdu fosthom jibni sptar ġdid f’Għawdex u jimmodernizza San Luqa u Karin Grech. Hu semma’ l-kawża li għamel fil-qorti fejn il-Prim Ministru qal li se jistenna l-akwża.
Jekk il-gvern għandu s-saħħa li għandu għaliex f’din ma jieħu id-deċiżjonijiet; x’qed iżomm lill-gvern meta l-kuntratt mhux irendi dak li kien imwiegħed? Hemm xi ħaġa li qed iżżomm.
Adrian Delia semma kien Ram Tumuluri li kien ħa €5 miljun bħala ħlasijiet mhux għax wettaq il-proġett iżda għax telaq mill-proġett. Dak li kien involut f’din il-ħadma, kien involut f’kumpanija sigrtieta fl-Iżvizzera mingħand Steward u Vitals dakinhar stess sli dawn jriċevuhom mill-gvern. Fosri għalhekk ma kinux qed isir qligħ? Dan biex jibdew jitħallsu diversi persuni, fosthom Joseph Muscat; għalhekk il-gvern għandu jdejh marbtin fuq dan il-kuntratt u fuq din il-ħadma.
//= $special ?>