Alex Borg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg qal fil-parlament li l-gvern ma poġġiex l-interess tal-poplu bħlaa pirjoirta u sostna li Vitals għamlu profitt ta’ €38 miljun mill-bwiet tal-poplu. Meta dan sar kienu applikati l-istess kundizzjonijiet; Stward naqsu milli jżommu l-parti tagħhom tal-ftehim u għandhom ukoll klawsola li tagħtihom is-saħħa li jingħataw €100 miljun jekk joħorġu mill-kuntratt ank jekk ikun tort tagħhom.
Dan il-kuntratt għandu jitwaqqaf għax mhux fl-interess tal-poplu iżda hu fl-interess tal-kuntrattur. Il-gvern qed itiehom il-barka biex jagħmlu dan.
Hu qal li f’Għawdex kien hemm il-wiegħda ta’ sptar b’400 sodda iżda llum kulħadd jaf li din il-wiegħda ma twettqitx għax ma sar l-ebda investiment fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. L-Għawdxin jistħoqqilhom serviziz tas-saħħa f’Għawdex stess. Qed isiru manuvri biex jinqdew il-ħbieb tal-ħbieb b’riskju li jintilfu fondi Ewropej.
Hu semma’ l-protest ġudizzjarju li għamel lid-Direttur tal-Kuntratturi dwar magna tal-kanċer u qal li l-edukazzjoni u s-saħħa huma prijorità. L-UE allokat €345 miljun f’fond ta’ reżiljenza b’ammont fil-ġlieda kontra l-kanċer.
Il-gvern iddeċieda li joħroġ offerta kemm għall-magna speċjalizata tal-kanċer kif ukoll għall-bunker li ma kienx tajjeb biżżejjed iżda dawru l-verżjoni. Għalhekk proċess li kien wasal fi tmiemu issa għadu lanqas biss inbeda. Il-Gvern ħareġ offerta li ntrebħet fuq il-bażi tal-prezz biss. Hu staqsa għaliex hemm tlajjar fil-proċess meta jistgħu jintilfu fondi Ewropew. Għaliex kienu injorati t-talbiet tal-Istar Anthony Mamo?
//= $special ?>