Diversi resident ta’ Birżebbuġa qed jilmentaw mal-Kunsill Lokali dwar irwejjaħ “insopportabbli” li ġejjin mill-impjant il-ġdid li jirriċikla l-fdalijiet tat-tonn f’Ħal Far.
Ir-riħa qed tinxtamm minn diversi zoni fil-madwar, l-aktar fl-inħawi tal-Papa. L-impjant ilu madwar ġimgħa li beda jopera.
Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa qal li dan huwa “inkonvenjent inaċċettabbli.”
Il-Kunsill Lokali qal li diġà ressaq l-ilmenti tiegħu mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u talab biex jitwaqqaf l-operat sakemm l-impjant ikollu l-apparat kollu meħtieġ.
//= $special ?>