Il-Fondazzjoni AŻAD se tkun qed ittella’ l-programm ta’ taħriġ politiku STEP, li għandu jgħin biex aktar nies ikollhom żvilupp ta’ għarfien u ħiliet politiċi, soċjali u kulturali.
Fil-programm Net Live, immexxi minn Robert Cremona, Charlo Bonnici, il-koordinatur ta’ dan it-taħriġ ħabbar li is-seminar introduttorju għal dan il-kors se jkun qiegħed isir fil-weekend ta’ bejn il-11 u 13 ta’ Novembru li ġej.
Huwa qal li dan it-taħriġ mhuwiex biss programm li jgħinek tidħol fil-politika, imma se jwassal biex persuna tifhem aktar il-ħajja pubblika u jgħinek issir ċittadin aħjar.
Waqt NETLIVE tkellem ukoll Thomas Demartino li fil-passat ħa sehem ukoll f’taħriġ simili u li ħeġġeġ liż-żgħażagħ japplikaw biex jibbenefikaw minn dan il-programm. L-applikazzjonijiet huma aċċessibbli online, billi wieħed jimla formola – li tinsab anke fuq il-Facebook Page tal-AŻAD.
Intant, fl-aħħar fażi ta’ dan il-programm ta’ taħriġ, il-parteċipanti se jkunu mistednin jipparteċipaw f’focus groups tematiċi flimkien ma’ esperti f’setturi varji, fejn jingħataw l-opportunità jipprattikaw dak li jkunu esperjenzaw fil-ġimgħat ta’ qabel.
//= $special ?>