L-ammont tal-vittmi mill-valangi tal-art terribbli tal-aħħar jiem issa qabżu l-40 u meta fadal l-għexieren tan-nieqsa wara li l-mewġ tal-ilma u t-tajn kaxkru numru ta’ djar fil-belt ta’ Las Tejerías. Il-mejtin jinkludu anki t-tfal żgħar, bil-President Veneżolan Nicolás Maduro jiddikjara tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali.
‘Il fuq minn 1,000 membru tas-servizzi għall-emerġenzi għadhom qed jieħdu sehem fil-ħidma ta’ search and rescue anki jekk huma żgħar il-probabbiltajiet li n-nieqsa jinsabu ħajjin fiċ-ċirkustanzi.
Il-Viċi-President tal-Veneżwela, Delcy Rodriguez, filwaqt li wasslet il-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi, qalet li l-iskwadri tal-emerġenza mhumiex se jieqfu fl-isforzi biex isalvaw lil min jistgħu f’sitwazzjoni diffiċli.
Dan wara li ħalbiet kbar tax-xita kkaġunaw l-għargħar mix-Xmara El Pato u fost il-gliegel tal-ilma li kakxru d-djar, il-ħwienet, is-siġar u l-karozzi f’Las Tejerias, li tinsab lejn il-lbiċ tal-kapitali Caracas.
//= $special ?>

