Internazzjonali

Il-vittmi tal-valangi fil-Veneżwela jitilgħu għal 36

Maltempata qawwija li laqtet ir-raħal ta’ Las Tejerías fil-Veneżwela kkawżat għargħar kbir, b’riżultat li ħafna djar spiċċaw mgħarqa u diversi siġar tqaċċtu. Dan apparti li l-ilma daħal ukoll f’diversi ħwienet.

Il-Ministru tal-Ġustizzja Ceballos qal li kawża tal-valangi mietu 36 persuna. U l-media rrapurtat li tnejn minnhom kienu tfal. Dan filwaqt li 56 persuna għadhom ma nstabux.

Madwar elf persuna qegħdin jieħdu ħsieb li jipprovaw isibu lil dawk li huma mitlufin.

Il-Viċi President Rodríguez qal li qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom biex isalvaw lil dawk li għadhom maqbuda, u esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-familji li tilfu lil xi ħadd f’din it-traġedja.

Il-President Maduro iddikjara tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali biex titfakkar il-memorja ta’ dawk li mietu.