Internazzjonali Temp

Jizdiedu n-nies li mietu kawża tal-urugan Julia

L-urugan Julia fforma biss 10 ijiem wara li l-urugan Ian laqat lil Florida u ħalla madwar 100 persuna mejta. Mill-inqas 28 persuna mietu kawża tal-urugan li laqat Florida, kif ukoll xi pajjiżi fl-Amerka t’isfel, fosthom il-Gwatemala, il-Messiku, Honduras u El Salvador.

L-aġenzija tal-prevenzjoni tad-diżastri naturali fil-Gwatemala qalet li ħames persuni mietu fiz-zona ta’ Alta Verapaz.

Disa’ persuni oħra mietu fiż-żona ta’ Huehuetenango, inkuż suldat li kien involut fix-xogħol tas-salvataġġ. L-awtoritajiet t’ El Salvador qalu li 5 suldati tal-armata mietu wara li waqa ħajt fuq id-dar li fiha kienu qegħdin għal kenn. 2 persuni oħra mietu fl-Guatajiagua wara li l-maltemp kissrilhom id-dar bihom fiha. Il-Gwatemala ddikjarat stat t’emerġenza fil-pajjiż, u fetħu 80 xetler għal protezzjoni kontra l-maltemp.

Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Urugani fl-Amerka ta’ fuq qal li l-urugan beda viċin in-Nicaragua l-Ħadd kmieni filgħodu, bir-riħ li tela sa 135 kilometri fis-siegħa. Sa t-Tnejn, ir-riħ wasal fuq il-Guatemala, bir-riħ li naqas sa 24 kilometru fis-siegħa. Qalu wkoll li l-maltemp ħa jġib sa 380 millimetri xita f’żoni iżolati.

Il-Viċi President tan-Nicaragua Rosario Murillo qalet li xi postijiet fil-pajjiż telaq id-dawl, u madwar 10,000 persuna ġew evakwati f’xelters. Il-President tal-Colombja Gustavo Petro ħabbar li weġġgħu 2 persuni u kien hemm iżjed minn 100 dar li ġew affetwati. Fin-Nicaragua u kemm fil-Colombja ma ġew rrapurtati l-ebda mwiet.

Waqt li l-urugani mhux qegħdin jiżdiedu fil-frekwenza tagħhom, xjentisti u esperti tal-klima qegħdin jinsistu li dawn se jkomplu jiżdiedu u jsiru iktar frekwenti biż-żdieda tal-kriżi ambjentali.