- Paula Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici pproponiet fil-parlament li l-iscreening għall-kanċer tas-sider għandu jingħata lil firxa ikbar ta’ nisa.
Paula Mifsud Bonnici qalet li s-servizzi tas-saħħa għandhom ikunu eċċellenti u sostniet li hawn anzjani li jħarsu lejn l-anzjani li jħarsu lejn il-ħajja b’mod pożittiv; għalhekk l-obbligu tal-gvern hu li jipprovdi s-servizzi tal-aqwa kwalità.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern qed jinsa li ilu 10 snin fil-gvern fil-kuntest tas-saħħa mentali; donnu l-gvern issa ntebaħ li hawn is-settur tas-saħħa mentali li għandu bżonn investiment. Jeħtieġ li l-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali kun imfakkar kuljum biex il-pajjiż jeħles mill-istigma soċjali li għad hawn fil-pajjiż.
Paula Mifsud Bonnici kompliet li l-Gvern sar wieħed negattiv waqt i l-Oppożizzoni tikkonsulta qabel tipproproni l-proposti. Hi appellat beix tissaħħaħ il-krua għall-kanċer tas-sider biex dan jinqabad fi stadju kmieni. F’Malta jkun hawn 350 mara li jkollhom kanċer tas-sider kuljum; ir-rata tan-nisa li jgħixu bil-kanċer tas-sider f’Malta hi fost l-aqwa fl-UE.
Qed jirriżulta li anki nisa ta’ inqas minn 50 sena qed jiżviluppaw kanċer tas-sider, spjegat Paula Mifsud Bonnici,li pproponiet li l-iscreening jibda jsir mill-età ta’ 45 sena. Hi appellat beix l-etajiet tal-breast screening jgħolew biex il-persuni li jkollhom 70 sena jingħataw dan is-servizz.
Imn’alla hawn il-Communti Chest Fnd li tettaq xogħol imprezzabbli iżda m’għandux ikun aċċettat li ċertu pazjenti jmorru jittalbu quddiem il-Community Chest Fund għall-għajnuna.
//= $special ?>