“Gvern Nazzjonalista minn dejjem kien pilastru biex titwettaq l-bidla meħtieġa fis-settur tal-edukazzjoni f’pajjiżna, għalhekk irridu nibqgħu ninvestu f’dan is-settur għax verament nemmnu li n-nefqa fl-edukazzjoni mhux talli mgħandhiex tonqos iżda għandha tiżdied kull sena.”
Il-Tlieta filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel żjara fl-MCAST f’Raħal Ġdid, fejn intlaqa’ mill-Prinċipal tal-MCAST, il-Professur James Calleja kif ukoll membri fl-amministrattiv tal-istess kulleġġ. Huwa kellu l-okkażjoni li jżur il-librerija tal-MCAST hekk kif dan l-aħħar sar iktar investiment fiha.
Matul din iż-żjara, Bernard Grech iltaqa’ ma’ diversi studenti li qed jattendu l-Fresher’s Week fil-bidu ta’ sena akkademika ġdida. Din is-sena l-Kulleġġ irċieva total ta’ 8,000 applikazzjoni, b’2,900 studenti japplikaw biex jibdew kors full time.
L-istudenti kellhom l-okkażjoni li jitkellmu miegħu dwar l-isfidi li qed jaffaċċjaw kif ukoll il-ħiliet li qed jakkwistaw permezz ta’ korsijiet li joffri l-MCAST.
Il-Kap tal-PN qal li Gvern Nazzjonalista minn dejjem kien pilastru biex titwettaq l-bidla meħtieġa fis-settur tal-edukazzjoni f’pajjiżna u dejjem investa f’dan is-settur. U l-vizjoni li bdiet fis-sena 2000 waslet biex illum pajjiżna għandu l-istituzzjoni edukattiva tal-MCAST …..li, flimkien mal-Universita ta’ Malta qed toffri possibbiltajiet ġodda lil diversi studenti u tagħti opportunitajiet ġodda lil kulħadd.
Għal din iż-żjara, preżenti mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Justin Schembri u mill-Kelliem għaż-Żgħażagħ Bernice Bonello.
//= $special ?>