Fis-City Ground, Nottingham Forest u Aston Villa spiċċaw fi draw ta’ 1-1.
F’partita kkontrollata minn Anthony Taylor, riżultat li mmatura matul l-ewwel u ftit li xejn għamel tibdil fil-klassifika. Forest wara disa’ partiti jibqgħu fid-dsatax-il post b’ħames punti filwaqt li Aston Villa jinsabu fis-16-il post b’disa’ punti daqs Leeds United u Crystal Palace.
B’Nottingħam fuq l-offensiva, meritatament fetħu l-iskor fil-15-il minuta. Minn azzjoni ta’ Morgan Gibbs White, kien Emmanuel Dennis li għeleb lil Emiliano Martinez. Reazzjoni immedjata minn Aston Villa li fit-22 minuta kisbu l-gowl tad-draw wara li Ashley Young għeleb lil Dean Henderson. Rizultat li biħ għalqet l-ewwel taqsima u eventwalment baqa’ l-istess fit-tieni taqsima.
//= $special ?>