Lokali

PROFILI: “Wara l-qtil ta’ Raymond Caruana kienu nstabu t-traċċi ta’ sparar fuq 3 persuni”

Il-mistieden tal-programm PROFILI għal-lejla huwa Anthony Abela; espert forensiku li ħadem f’għadd ta’ każijiet ta’ delitti kbar – li kienu jinkludu fost l-oħrajn l-omiċidji ta’ Karin Grech u Raymond Caruana.

Fl-intervista li saret fir-residenza tiegħu, Abela Medici stqarr li x-xjenza llum tant kemm imxiet illi li kieku l-każ ta’ Karin Grech ikollu jerġa’ jinfetaħ, żgur se ssib aktar informazzjoni.

Dwar l-assassinju ta’ Raymond Caruana, Abela Medici fl-intervista qal li avolja kien sab traċċi ta’ sparar fuq 3 persuni, il-pulizija xorta waħda ma ħaditx il-passi neċessarji.

PROFILI, illejla fit-8.30pm fuq NET TV bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul.