Mara ta’ 44 sena ġiet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammettiet quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, lii x-xahar li għadda kienet kompliċi ma’ persuna oħra li kienet involuta f’serq ta’ flus kontanti, televixin, arloġġi u ġojjellerija f’Marsaskala, b’valur t’aktar minn €2,300 għad-dannu ta’ ċerta Joshua Cutajar.
Stefania Mifsud wieġbet ħatja li f’Settembru li għadda kienet kompliċi li serqet flus kontanti, televixin, arloġġi u ġojjellerija f’Marsaskala, b’valur t’aktar minn €2,300, li sar għad-dannu ta’ Joshua Cutajar. L-Ispetturi Darren Buhagiar u Darryl Farr, li mexxew il-prosekuzzjoni qalu li l-każ seħħ fit-28 ta’ Settembru li għadda għall-ħabta tal-10am.
Il-Qorti tat żmien opportun lil Mifsud biex terġa’ taħsibha fuq l-ammissjoni tagħha stess, liema ammissjoni ma reġgħetx lura minnha bil-Qorti issibha ħatja. Il-Qorti qieset l-ammissjoni bikrija tagħha qiegħdet lill-imputata taħt is-superviżjoni t’uffiċjal sorveljanti għall-perjodu tas-sentenza sospiża. Finalment il-Qorti spjegat fi kliem sempliċi r-riperkussjonijiet lill-imputata, jekk din l-Ordni ta’ Supervizjoni ma tigix obduta.
//= $special ?>