Atleti Maltin tat-Trap u Skeet ikkompetew fl-avvenimenti individwali u tat-timijiet fil-Kampjonat Dinji ISSF.
Il-Kompetizzjoni saret f’Osijek, il-Kroazja bejn id-19 ta’ Settembru u l-11 ta’ Ottubru 2022.
633 mill-aqwa atleti fid-dinja kkompetew għal postijiet ta’ Kwota għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi tal-2024.
Fil-kompetizzjoni Trap tal-Juniors , Ryan Bugeja spiċċa fit-tmien post, wara li għadda għall-istadji tas-semi finali. Dan għamel lil Bugeja l-ewwel atleta Malti tat-Trap Junior fl-istorja li wasal għal dan l-istadju f’Kampjonat Dinji tal-ISSF.
Riżultat deċenti ieħor inkiseb minn Andre Cassar, li kkompeta fl-Iskeet Men Junior Event. Cassar spiċċa target waħda biss ‘il bogħod minn shoot-off potenzjali biex jgħaddi għall-fażi tas-semi finali. Huwa kklassifika fl-14-il post minn total ta’ 55 Atleta.
Fis-Skeet Men Event, Clive Farrugia u Marlon Attard kellhom riżultati tajbin ħafna, b’Farrugia jispiċċa fit-13-il post minn 122 Atleta u Attard fil-25 post. Farrugia falla s-semifinali b’mira waħda biss.
L-atleti Maltin kellhom wirja oħra mill-aqwa fl-Iskeet Team Event, hekk kif ikklassifikaw fis-6 post ġenerali u rnexxielhom jiksbu skor ta’ 216/225.
Il-punteġġi ta’ kwalifika tal-Atleti Maltin kollha fl-Avvenimenti Individwali u Timijiet kienu:
Trap Men Junior
BUGEJA Ryan 113/125
SCIBERRAS Nico 104/125
Trap Women
GALEA Mikaela 107/125
Trap Men
CHETCUTI William 113/125
BUGEJA Emmanuel 113/125
GALEA James 111/125
Trap Men Team 201/225
CHETCUTI William 70/75
BUGEJA Emmanuel 66/75
GALEA James 65/75
Skeet Men Junior
CASSAR Andre 114/125
Skeet Men
FARRUGIA Clive 121/125
ATTARD Marlon 120/125
ATTARD Marcello 109/125
Skeet Men Team 216/225
FARRUGIA Clive 74/75
ATTARD Marcello 71/75
ATTARD Marlon 71/75
//= $special ?>