Coronavirus Lokali Saħħa

8 każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ġew irreġistrati 8 każi ġodda ta’ Covid 19 filwaqt li fiequ 19-il persuna oħra.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun ta’ dan il-virus, biex b’hekk il-fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija baqgħu 806.

It-total ta’ każi attivi niżel bi ftit biex bħalissa f’pajjiżna għandna 294 każ attiv.

Intant, mill-ġimgħa li ġejja jibda t-tilqim kontra l-influwenza staġjonali. L-ewwel li se jingħataw il-vaċċin huma l-persuni vulnerabbli mbagħad fl-aħħar ta’ Otturbu jibda t-tilqim għal kulħadd.