Il-FIFA Futsal Referee Stephen Vella kien assenjat biex jikkontrolla l-logħba mill-fażi ewlenija tal-gruppi tal-FIFA Futsal World Cup 2024 bejn l-Awstrija u l-Ġorġja.
Il-logħba tintlagħab illum, fl-iSporthalle Margareten Arena ta’ Vienna, l-Awstrija u tibda fis-19:00.
Intant għada r-referee internazzjonali Malti Philip Farrugia ntagħżel biex jikkontrolla l-logħba minn Grupp A tal-UEFA Europa Conference League bejn İstanbul Başakşehir tat-Turkija u RFS tal-Latvja.
Farrugia se jkun assistit minn Alan Camilleri u Duncan Sultana bħala Assistenti Referees. Ishmael Barbara se jservi bħala r-Raba’ Uffiċjal ta’ din il-logħba.
Il-logħba hi skedata għal għada fis-18:45 u tintlagħab fil-Fatih Terim Stadium ta’ Istanbul.
//= $special ?>