Lokali

Bosta jsellmu l-memorja ta’ Justin Tabone

“Ma kellix iċ-ċans li ngħidlek kemm jien grata li kelli lilek f’ħajti, għażiż ħija dejjem se tkun f’qalbi u ma jien se ninsik qatt.”

Kliem emozzjonanti fit-tislima ta’ oħt Justin Tabone, iż-żgħażugħ ta’ 22 sena li tilef ħajtu bħal sajjetta fil-bnazzi t-Tnejn filgħaxija waqt li kien qiegħed jilgħab partita futbol ma’ sħabu.

F’kumment mimli emozzjoni, oħt Justin saħqet li dejjem kien bit-tbissima fuq wiċċu, dejjem lest sabiex jgħin lil ħaddieħor b’imħabba liema bħala.

Bosta ddeskrivew lil Justin bħala ġuvni li dejjem lest jagħti daqqa t’id lil dak li jkun, bil-passjoni waħda unika, dik tat-tim tal-futbol ta’ Liverpool.

Diversi ħbieb stqarrew li ma kienx xi wieħed li jgerger, iżda jara kif sfida jdawwarha f’okkażżjoni – b’qalb tad-deheb li kont issibha hemm għal kull min kien fil-bżonn.