Lokali

Dokumentarju ġdid bl-isem ‘Daphne Eroj Maltija’

L-Erbgħa filgħaxija tnieda Dokumentarju bl-isem ‘Daphne Eroj Maltija’ li jimmarka l-hames anniversarju mill-assassinju tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia – dokumentarju li jittratta l-istejjer li Daphne Caruana Galizia kitbet dwarhom u kixfet tul is-snin.

Il-ġurnalista Maltija li nqatlet f’Ottubru tas-sena 2017, permezz ta’ bomba li tpoġġiet fil-karozza tagħha, kienet kritika prominenti tal-Gvern Laburista imexi minn Joseph Muscat.. u fost l-istejjer li kitbet dwarhom, kkrritikat il-bejgħ taċ-ċittadinanza lil nies li ma kellhom l-ebda konnessjoni ma’ Malta.

Il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kkumentat dwar kif ftit xhur biss wara l-ħatra ta’ Joseph Muscat, huwa qabbad lil Henley & Partners biex ibiegħu l-passaporti Maltin.

Caruana Galizia kixfet ukoll li l-kuntratt tat-tliet sptarijiet pubbliċi ma’ Vitals Global HealthCare kien miftiehem qabel ma saret is-sejħa għat-tenders, u saħansitra ppubblikat il-kuntratt sigriet ma’ Vitals Global HealthCare – kritika li xejn ma kienet niżlet tajjeb mal-Gvern preżenti.

Apparti dan, Caruana Galizia kitbet ukoll kif is-sidien misterjużi tat-tliet sptarijiet privattizzati ma żammew l-ebda waħda mill-wegħdiet tagħhom għat-titjib fil-kura tas-saħħa li kellha tingħata lill-pażjenti. U Minkejja dan, il-Gvern ħallihom joħorġu mill-ftehim u jbiegħu l-isptarijiet bi profitt lil sid ġdi.

Id-dokumentarju ‘Daphne Eroj Maltija’ jsemmi kif din il-ġurnalista kixfet divrsi skandli li kien involut fihom l-eks Ministru tal-Labour Chris Cardona.

F’dan id-dokumentarju jissemmà kif permeżż tal-kitba investigattiva tagħha, Daphne Caruana Galizia – li kixfet ukoll il-kumpanija 17 Black – ħadmet qatigħ kontra l-korruzzjoni u l-ksur tas-saltna tad-dritt.