Edukazzjoni Lokali

“Fr Aaron kompetenti” – grupp ta’ għalliema f’St Albert jitkellmu dwar “pika żejda”

Ittra miftuħa minn membri tal-istaff tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir

Fid-dawl ta’ dak li qed jintqal fil-mezzi tax-xandir u dawk soċjali dwar issitwazzjoni fil-Kulleġġ ta’ San Albert il-Kbir, aħna numru ta’ edukaturi minn kull settur, staff amministrattiv u xi ġenituri, nixtiequ nesprimu n-nuqqas ta’ qbil ma’
dak li qiegħed jingħad.

Aħna l-edukaturi ilna mis-sajf naħdmu u nippreparaw, bħal fis-snin l-imgħoddija, biex noffru edukazzjoni xierqa lill-istudenti tagħna. Dan nixtiequ nagħmluh mingħajr ma niġu intimidati jew nitqiesu bħala “tradituri” minn grupp żgħir ta’ għalliema oħra fl-istess Kulleġġ, li għandhom fehmiet differenti, sempliċiment għaliex qed naħdmu b’ mod normali, għall-interess tat-tfal.

Fl-istess kulleġġ qed issir ħsara kbira minn grupp żgħir ta’ għalliema li m’għadhomx jiffurmaw parti mill-komunità, bil-għan li titfarrak u tikkollassa s-sistema edukattiva, l-iskola u l-komunità tant maħbuba minn tant nies. B’mod sistematiku irridu li jinħoloq “kaos/ kollass totali”, billi qed jiġu insitgati l-istudenti biex jiktbu messaġġi u jwaħħluhom mal-ħitan tal-iskola. Ninnutaw ukoll kif numru ta’ membri tal-istaff stennew il-bidu u l-ewwel jiem tas-sena skolastika biex jirriżenjaw. Din saret logħba psikoloġika perikoluża fuq l-istudenti tal-Kulleġġ u fuqna l-għalliema.

Filwaqt li nifhmu li għandhom kull dritt jirriżenjaw, il-ħsara li qed ikomplu jagħmlu minn barra l-Kulleġġ qed issir irreparabbli, speċjalment għal dawk l-istudenti li waslu fl-aħħar sena tas-sekondarja.

Din l-attitudni waslet biex tinżera’ pika żejda bejn setturi differenti fl-iskola b’opinjonijiet differenti u nħolqot klima ta’ “aħna” kontra “huma”. Filwaqt li nagħrfu l-jedd ta’ kulħadd għall-opinjoni tiegħu, nemmnu li xorta għandu jibqa’
jsaltan ir-rispett lejn ħaddieħor.

Kemm Fr. Aaron Zahra u kif ukoll Mr Horace Gauci, il-kap il-ġdid tas-sekondarja, huma persuni kompetenti ħafna, mhux kif tpinġew fil-media. Dan nafuh għaliex aħna naħdmu magħhom ta’ kuljum, fejn imexxu b’empatija kbira, dixxiplina fejn hemm bżonn, b’konsiderazzjoni lejn il-bżonnijiet tal-ħaddiema, u lejn il-bżonnijiet tal-ġenituri u t-tfal. Fr. Aaron, ir-Rettur, ħadem qatigħ biex iġib l-iskola f’ livell tajjeb, minkejja, l-ostakli kollha minn diversi oqsma.

Aħna ninsabu kuntenti bit-tmexxija tar-Rettur, però ma nistgħux nitkellmu flapert minħabba biża’ ta’ intimidazzjoni minn kollegi, li b’mod agressiv qed imorru kontra l-‘ethos’ tal-iskola, li tisħaq, “we welcome everyone” (aħna nilqgħu lil
kulħadd).

Nixtiequ li l-opinjonijiet ta’ kulħadd ikunu tabilħaqq milqugħin. Ix-xewqa tagħna hija li nitħallew naħdmu fil-kwiet b’responsabbiltà lejn listudenti kollha, biex noħolqu ambjent ferrieħi għall-istudenti fil-klassi. Aħna wkoll irridu li nieħdu ħsieb lil uliedna u l-impjieg tagħna, li ta’ kuljum qed jiġi mhedded minħabba l-attitudni ta’ ċertu nies. L-iskola hija għal qalbna, u għalhekk nixtiequ li nibqgħu mexjin ‘il quddiem matul din is-sena skolastika, f’komunità mattfal, ġenituri, għalliema, membri tal-SLT u mar-Rettur.

Finalment aħna nemmnu, li mhux kompitu tagħna li nidħlu fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-bord u mill-Provinċja Dumnikana, u nixtiequ biss li fl-interess talistudenti tagħna, inkomplu naħdmu mar-Rettur u mal-amministrazzjoni tal-Kulleġġ preżenti, kif dejjem sar, mingħajr problemi fil-passat.