Il-ħaddiema Franċiżi fis-settur taż-żejt għażlu li jkomplu bl-azzjoni industrijali attwali li rriżultat f’nuqqasijiet kbar ta’ fuel fil-pompi madwar il-pajjiż.
L-istess ħaddiema esprimew rabja wara li l-Gvern Franċiż qal li kellu juża l-poteri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu biex iġiegħelhom jirritornaw għax-xogħol – u bil-unions itennu d-determinazzjoni tagħhom li ‘jirreżistu l-attentati għal rikatt min-naħa tal-Gvern’.
L-azzjoni industrijali, li daħlet fit-tielet ġimgħa, wasslet għall-għeluq ta’ seba’ raffineriji taż-żejt fi Franza – bis-sriebet twal tal-karozzi qrib l-istazzjonijiet tal-petrol isiru ħaġa ta’ kuljum. Fl-istess ħin, madwar terz tal-petrol stations fi Franza huma nieqsa minn almenu tip partikulari ta’ fuel għall-vetturi.
Sadanittant, il-unions qegħdin jinsistu għal żidiet fil-pagi tal-ħaddiema u li skont huma għandhom jirriflettu l-qligħ enormi li qed jagħmlu l-kumpaniji taż-żejt f’dawn il-ġranet.
//= $special ?>

