Lokali

“Għalina s-saħħa u s-sigurtà huma prijorità” – ir-Rettur ta’ San Alwiġi

Filwaqt li esprima ruħu dispjaċut għal dak li seħħ fil-pitch tal-Kulleġġ San Alwiġi, ir-Rettur Fr Jimmy Bartolo insista li bħala skola huma jagħtu prijorità assoluta lis-saħħa u s-sigurtà.

F’kummenti lil Net News, ir-Rettur ikkonferma li meta seħħet it-traġedja fil-Kulleġġ hu kien imsiefer. U malli wasal Malta, ikkopera mal-esperti li qed imexxu l-inkjesta.

“Bħalissa il-kumpless huwa kollu magħluq għax għaddej ix-xogħol; apparti il-grounds tal-futbol u t-track. Fil-pitch ma hemmx AED, iżda hemm wieħed fir-reception tal-iskola”, spjegalna Fr Jimmy, illi insista fuq il-fatt li bħalissa l-kumpless huwa litteralment sit ta’ kostruzzjoni – minbarra l-grounds li jintużaw għal-logħob.

Mill-informazzjoni li kiseb ir-Rettur, Justin Tabone ikkollassa għall-ħabta tad-9:30pm u l-ambulanza damet bejn 10 u 15-il minuta biex waslet. Imma insista li fl-istess pitch kien hemm tabib li ta is-CPR mal-ewwel, kif ukoll first-aider.