It-tim Nazzjonali ta’ taħt l-20 sena tal-Handball beda l-impenji tiegħu fl-IHF Trophy Europe li qed tintlagħab fil-Kosovo b’rebħa drammatika ta’ 34-33 kontra l-Andorra.
Il-Maltin kienu fil-maġġoranza tal-partita fil-vantaġġ fejn l-ewwel sessjoni ntemmet 18-15 favur Malta. Fit-tieni sessjoni t-tim immexxi minn Bryan Pace ħareġ bl-istess attitudni fejn żamm il-vantaġġ iżda Andorra bdew juru titjieb fil-logħob tagħhom u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs 28-28 u sħansitra anke jmorru minn fuq għall-ewwel darba fil-logħba 28-29. Il-Maltin iżda baqgħu kkonċentrati u reġgħu kisbu d-draw għal darba darbtejn sakemm l-iskor ġie 31-31. Il-partita baqgħet waħda bbilanċjata sal-aħħar bl-iskor isir 33-33 biex fl-aħħar sitt sekondi tal-partita t-tim Malti ngħata penalty li inkariga minnu Ben Spiteri li ma żbaljax u ta rebħa ta’ 34-33 lil Malta.
Malta tilgħab it-tieni logħba llum kontra l-Bulgarija li wieħed jista jsegwiha fil-link t’hawn taħt:
//= $special ?>