Lokali Parlament

Iċ-child care centre f’Mater Dei se jerġa’ jinfetaħ wara pressjoni fil-media

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li ċ-child care centre fl-Isptar Mater De se jerġa’ jinfetaħ wara li ngħalaq fl-aħħar jiem għax kien hemm pressjoni fil-media.

Claudette Butigieg qalet li l-Ministru Fearne qal li c-child care centre ta’ Mater Dei se jerġa’ jinfetaħ u li dan kien jintuża minn 20 persuna biss. Fil-fatt hemm 40 persuna reġistrati u 25 jattendu; wara kollox dan iċ-ċentru ma jiflaħx iktar minn 35 tifel u tifla.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li dan juri li 71% ta’ kemm jiflaħ dan iċ-ċentru qed isir. Hi sostniet li l-Ministru Fearne kellu jwaqqafha mill-ewwel u mhux meta din l-aħbar ħarġet fuq il-media. Iċ-child care centre jinsab magħluq u jista’ jdum ġimgħat magħluq għax mhux ta’ livell; dan iċ-childcare centre ilu miftuħ 20 sena ilu minn gvern Nazzjonalista.

Hi staqsiet jekk dan kienx eżerċizzju ta’ tnaqqis ta’ spejjeż u sostniet li l-għażla lill-infermiera kienet li jagħmlu t-teleworking. Kif jistgħu l-infermiera jagħmlu t-teleworking?

Dwar is-saħħa mentali hi qalet li fl-2014 isemmiet riforma iżda fil-budget ta’ wara ma ssemma’ xejn u aktar ‘il quddiem kien hemm ftit biss riformi biex iktar tard il-gvern beda jgħid li s-saħħa mentali hi prijorità għall-gvern Laburista.