Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ddikjara fil-parlament li l-gvern mhux lest iċedi pulzier lil Steward dwar l-obbligi tagħhom skont il-kuntratt li huma għamlu mal-gvern dwar l-isptarijiet.
Din id-dikjarazzjoni l-Ministru Fearne għamilha fil-parlament b’riferenza għal diskors li għamel iktar kmieni d-deputat Nazzjonalista Adrian Delia li kkritika l-mod kif il-Gvern Laburista baqa’ jħallas il-miljuni lil Steward iżda dawn m’humiex jonoraw l-obbligi kuntrattwali tagħhom fl-immodernizzar tal-Isptar Karin Grech, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Dwar Steward, il-Ministru Fearne qal li hawn element qawwi ta’ “spin” u qal li jekk il-gvern ma jagħtix €70 miljun lil Steward allura ma jitħallsux it-tobba, l-ispiżjara u l-ħaddiema tal-emerġenza.
Hu sostna li mingħand Steward, il-gvern jistenna li dak kollu li huma obbligati li jwettqu skont il-ftehim, ituh kollu kemm hu. Jekk dan ma jsirx, il-gvern irid jaraha sitwazzjoni. Mhux se nċedu pulzier!, irrimarka l-Ministru Fearne.
Hu qal li l-gverrn ma jeskludix li jibni sptar, fosthom tal-kirurġija, mhux kbir daqs Mater Dei iżda bl-involviment tas-settur privat.
Il-Ministru Fearne tkellem dwar il-każ tal-apparat għal kura avvanzata lil pazjenti tal-kanċer li hu ppjanat li jiddaħħal fl-Isptar Anthony Mamo
Il-Ministru Fearne qal li d-deputati Nazzjonalisti Adrian Delia u Alex Borg talbu fil-protest ġudizzjarju biex id-Direttur tal-Kuntratti jressaq dan il-każ quddiem il-Bord li jeżamina dawn il-proċessi.
Dan il-proċess diġà mar quddiem dan il-Bord f’Ġunju li għadda u għalhekk inulti li jsiru dawn il-protesti. Il-Bord iddeċieda diġà, sostna l-Ministru tas-Saħħa, li kompla li l-Bord iddeċieda li l-proċess hu sew għandu jkompli jimxi. Dan hu proġett mill-fondi Ewropew, qal Chris Fearne, li komla li l-Gvern kien kontra li din l-offerta tingħata b’direct order għaliex f’fondi Ewropej ma jistgħux jingħataw direct roders.
//= $special ?>