Fil-Camp Nou Inter u Barcelona, temmew fi draw ta’ 3-3. Ousmane Dembel poġġa lil Barcelona fil-vantaġġ fl-40 minuta. Inter ġabu l-iskor indaqs fil-50 minuta biex Lautaro Martinez għamel l-iskor 2-1 fit-63 minuta. Robert Lewandowski ġab il-parità fit-82 minuta. Lejn it-tmiem żewġ gowls oħra l-ewwel kien Robin Gosens li għamel l-iskor 3-2 favur Inter, iżda fit-92 minuta kien Lewandowski li salva punti importanti għal Barcelona.
F’Ibrox rebħa kbira ta’ 7-1 għal Liverpool fuq Rangers. Scott Arfield poġġa lil Rangers fil-vantaġġ wara biss 17-il minuta. Liverpool irrispondew u ġabu l-iskor indaqs fl-24 minuta permezz ta’ Roberto Firmino. Fit-tieni taqsima, Liverpool skorjaw sitt darbiet. L-ewwel kien għal darb’oħra Firmino fil-55 minuta, Darwin Nunez għamilhom 3-1 fis-66, hat-trick ta’ Salah għamel l-iskor 6-1 sal-81 minuta biex mbagħad fis-87 minuta kien Harvey Elliot li għamilhom 7-1.
Napoli sar l-ewwel tim Taljan li kiseb post fil-fażi li jmiss wara li għelbu lil Ajax 4-2. Hirving Lozano poġġa lil Napoli fil-vantaġġ wara erba’ minuta. Giacomo Raspadori għamilhom 2-0 fis-16-il minuta. Davy Klassen naqqas l-iskor kmieni fit-tieni taqsima, iżda penalty ta’ Khicha Kcaratskhelia reġa poġġa lil Napoli 3-1 fil-vantaġġ. Steven Bergwija għamilhom 3-2 biex lejn it-tmiem kien Victor Osimhen li aċċerta minn rebħa għal Napoli.
Bayern Munich barra minn darhom kisbu rebħa ta’ 4-2 fuq Viktoria Plzen. Bayern 4-0 fil-vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, b’gowls ta’ Sadio Mane, Thomas Muller u dopjetta ta’ Leon Goretzka. Viktoria Plzen pruvaw jidħlu fil-partita u skorjaw darbtejn fit-tieni taqsima permezz ta’ Adam Vlkanova u Jan Kliment.
CHAMPIONS LEAGUE
Grupp A: Napoli v Ajax 4-2, Rangers v Liverpool 1-7 Grupp B: A. Madrid v C. Brugge 0-0, B.L’kusen v Porto 0-3 Grupp C: Barcelona v Inter 3-3, V. Plzen v B. Munich 2-4 Grupp D: Sporting v Marseille 0-2, Tottenham v E. Frankfurt 3-2