Lokali Parlament

Jeħtieġ ċentru reġjonali tas-saħħa fit-tramuntana tal-pajjiż

Graziella Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet li l-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u l-Qawra qed ikollhom żieda qawwija fil-popolazzjoni u għalhekk jeħtieġ investiment f’diversi servizzi fosthom fis-saħħa partikolarment fis-settur tas-saħħa.

Hi appellat biex isir ċentru reġjonali tas-saħħa fit-tramuntana ta’ Malta. Is-sit ġie magħżul fil-Qawra għalhekk issa jidher li l-preparamenti jinsabu fi stadju avvanzat.

Mhux tingħata biżżejjed informazzjoni dwar il-progress li suppost qed isir biex dan il-proġett jitwettaq. Hi appellat biex ikun hemm soluzzjonijiet ta’ parkeġġ partikolarment għal dawk li se jibdew jużaw dan iċ-ċentru. Il-parkeġġ għandu jkun aċċessibbli għal kulħadd u m’għandux jispiċċa bħall-parkeġġ li hemm taħt l-Iskola tal-Qawra. Dan il-parkeġġ għadu magħluq minkejja l-wiegħdi li saru.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet l-iskola tal-Mellieħa u qalet li hemm kontroversja jekk il-parkeġġ għandux jintuża waqt li l-estenzjoni għadha ma bdietx. Problema oħra li l-istorbju li hemm f’dawn iż-żoni għaleix jidher li m’hemmx kontroll.

F’ċentru urban m’għandux ikun storbju għaliex ikun hemm familji li jridu jgħixu l-ħajja atgħom b’mod normali. Fi Triq il-Kaħli f’San Pawl il-Baħar hemm ukoll dar għall-anzjani fjen l-anzjani qed isofru inkonvinjenti kbar.