Janice Chetcuti, PN
Id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti sostniet fil-parlament li fl-Isptar Mater Dei jeħtieġ ikar żoni ħodor biex il-pazjenti junu jistgħu jużawhom u jtebu l-kundizzjoni medika tagħhom.
Hi tkellmet dwar l-importanza tal-ispazji miftuħa fil-komunitajiet u sellmet il-professjonalità tal-impjegati kollha fl-Isptar Mater Dei li tawha kura eċċezjonali meta kienet rikoverata l-Isptar. Hi semmiet id-Dipartiment tal-Emerġenza u qalet li, minkejja l-ħidma tal-professjonisti, hi tħalliet tistenna għal siegħat twal fuq strecher meta ddaħħlet l-isptar.
Il-poplu jrid jifhem ukoll li mhux għal kull każ imur l-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei. Kont abbandunata f’kuritur u qaluli li ma kelli xejn tant li bagħtuni d-dar iżda rrifjutajt; l-għada qaluli li kont f’sitwazzjoni kritika u kont operata, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
Janice Chetcuti qalet li hemm bżonn iktar żoni ħodor madwar Mater Dei biex il-pazjenti jkunu jistgħu joħorġu fihom.
//= $special ?>